Il-qattusa mitlufa!

Kienet l-ahhar gimgha ta Mejju qrib il-festa tal-lunzjata, u bhal ma soltu jkun fuq dawn il-gzejjer, ir-rih kien qed jonfoh gmielu… Peress li xogholi kien fil-berah, beda’ jtellifni sew, u kelli nieqaf minn dak li kont qed naghmel. Erfajt l-ghodda gol-kaxxa taghhom u rhejta lejn id-dar.

Irrejalizzajt li kienet okkazjoni tajba biex nghin lit-tfal jaghmlu l-‘homework’ taghhom kmieni, u b’hekk nintefghu fil-kamra favorita taghna. F’din il-kamra kellna sufan komdu, televizjoni u librerija b’numru gmielu ta kotba… Kienet l’hena tat-tfal iqallbu fil-kotba, daqqa jiskopru xi dizzjunarju bli-stampi , u daqqa xi ktieb b’ritratti ta pajjizi mbieghda. Wara gurnata xoghol iebes, kont nistrieh billi nghaddu l-ahhar siegha jew tnejn qabel immorru norqdu f’din il-kamra, flimkien mal-mara u t-tfal. Ghalkemm mhux dejjem konna naghmlu kollox flimkien, kont inhoss li dan il-ftit hin kien importanti ghalina bhala familja. Fuq kollox, kif jghid il qawl, familja li tilghab flimkien hija familja li tikber maghquda flimkien.

B’dawn il-hsibijiet go rasi, dahhalt il-karozza gol-garaxx, sakkart bil-katnazz u mort id-dar. Kif ftaht il-bieb ta’ barra ghajjattilhom ilkoll…..pero’ hadd ma rrispondieni…. Hsibt li kienu ghadhom ma waslux mill-iskola, imma titwila lejn l-arlogg tal-kcina kkonfermali li l-hin kien tajjeb. Smajt hoss minn fuqi u stenbaht. Mela kienu fuq il-bejt! Kellna bejt kbir hafna, u bil mod il mod konna qed indawruh fi’ gnien mill-isbah. Tlajt ghal-fuq u tassew hemm kienu. Ma stennejtx li ser insib dak li rajt. Il-kamra tal-hasil kienet ta taht fuq, u fuq wicchom it-tfal kien jidhru sinjali ta dwejjaq kbar.

‘X’gara?’, staqsejt lil mara, ‘ kif qallibtu kull m’hawn…mela ha tbajjdu?’

‘Dejjem b’xi hmerijja int. Qed infittxu l-qattusa,’ irrispondietni. ‘Rajta l-ahhar ghal xi nofsinhar, imma minn dak il-hin l’hawn ma rajta mkien. Is-soltu meta jigu t-tfal tghidx kemm tifrah bihom.’

Qalbi ghamlet tikk. Kont naf xi tfisser ghat-tfal il-qattusa gingrija li kellna. Nina kienet l-iktar qattusa ghazziena tad-dinja, iktar rieqda milli mqajma, izda kella natural verament mans u gustuz. Bdejt inhokk rasi mil-ewwel. Fejn setghet kienet? L-ahhar li ntilfet kien meta sabet ruha gol-gwardarobba. Ghalqita l-mara meta harget il-hwejjeg ghall-iskola. Sibta jiena meta mort nohrog qmis. Sibta rieqda fuq kutra. M’ghamlitx wisq storbju biex nintebhu biha. Ghidtilkom li kienet ghazziena.

Kien ovvju li ma kenitx fil-kamra tal-hasil! Ma kienx hemm fejn joqghod gurdien, ahseb u ara qattusa. Hallejna l-bieb miftuh ghall li jista jkun u nzilna l-isfel. Bdejna naqilghu kamra kamra. Meta wasalna fil-kamra ta l-imbarazz kont diga qtajt qalbi li nsibuha isfel. Kieku sematna zgur…u jekk kienet torqod hafna, ma kenitx nieqsa min zaqqa. Bdejna ncekcku il-borza ta l-ikel biex forsi tismaghna, imma kollox ghal-xejn. Ma stajna nsibuha mkien gewwa. Fl-ahhar kellna naccettaw li jew qabzet ic-cint tal-bejt u qabada xi hadd, jew inkella sabet il-bieb ta barra miftuh u harget. Peress li kienet qattusa tat-trobbija ma kelliex dik l-esperjenza ta kif iggib ruha barra mid-dar.

Sadanittant it-tfal kienu diga ghamluha li mhux ser rawha iktar, u d-dmugh niezel ma haddejhom kien xhieda tad-dwejjaq li kellhom. Ippruvajna nikkonvincuhom li mhux l-ewwel darba li l-qtates jaharbu u jergghu jigu lura. Imma ma nahsibx li spjegajtilhom bizzejjed ghax jibku baqghu .

Hsilnihom u dahhalnihom jorqdu naqra iktar kmieni mis-soltu. Meta jkun il-Gimgha mhux l-ewwel darba li ndumu mqajmin sa tard naraw xi film adattat ghat-tfal. Imma llum kien kaz differenti. Malli dahhlitom fis-sodda, tfajt gakketta fuqi u hrigt infittixa barra. Fejn noqghodu ahna hemm gnien pubbliku mdaqqas, u jekk harget barra kien hemm cans tajjeb li nsibha hemm.
Ma nafx kemm il-sigra ddendilt maghha, u npespsila…’Nina…pxx pxx……ejja Nina hi’…..kien kollu ghal xejn. Sahansitra wiehed mill-gierin baqa skantat ihares lejja qisni tlift il-boxxla. Iehor gheddidni li ser igibli l-pulizija, sakemm hrigt taht lampa u nduna min jien. Sa fl-ahhar qtajt qalbi ngharrex l’hawn u l-hinn. Kienet siegha mohlija… Tlajt id-dar b’qalbi sewda. It-tfal min jaf kif kienu ser jehduha jekk ma tergax lura. Kullhadd kien jghidli li l-qtates ihobbu jiggerrew, u taghna ma kenitx differenti.

‘Ma sibtix,’ ghidtila minn taht l-ilsien lil-mara. ‘Issa nitla naqra sa fuq il-bejt, forsi qeghda hemm tidhaq bina.’ Nizzilt il-belgha te’ u tlajt insejhila…u regghet ma gietx. Issa l-hin kien sar gmielu, u peress li kelli nqum inkompli x-xoghol li hallejt warajja, iddecidejt li ahjar ninzel norqod.

Filghodu sebah bnazzi u r-rih kien ikkalma xi ftit. Hallejt istruzzjoni mal-mara biex jekk isibuha jcempluli fuq it-telefon cellulari. Ma nafx kif ghaddiet il-gurnata. Nirringrazzja l’Alla li ma waqajtx minn fuq is-sellum bil-hsibijiet li kelli ghax mohhi ma kienx fuq il-lant tax-xoghol.Bdejt niccekja t-telefon min hin ghall-iehor biex nara kienx qed jahdem. Tajjeb kien, imma baqa sieket matul in-nofs ta nhar shih.

Meta t-tfal isiru jhobbu il-pets taghhom, tidhlilom certu responsabilita li ggelhom japprezzaw iktar ir-rigal tal-hajja. Din zgur kienet daqqa ta harta ghalihom. Qtajta li jekk sat-Tnejn ma nsibuhix immur s’ghand Lippu l-mastrudaxxa. Dak dejjem invazat bil-qtates il-garaxx tieghu. Xi ferh zgur kont insib ghandu.

Wasalt id-dar , u mill-harsa ta wicchom intbaht li ma kien sar xejn. Nahseb li kienet wahda mill-aghar granet ta hajti. It-tifla l-kbira ma ccaqilqitx mill-gallarija, u z-zghira kienet fil-gallarija ta’ wara. Lanqas kuragg jieklu l-ikel ma kellom. Iddecidew li ahjar ma nohorgux ghal harga tas-soltu ta nhar ta sibt, ma tmurx tigi u ma ssibniex hawnhekk.

Il-Hadd wasal, u biex nipprova nnessihom tellajt it-tfal mieghi fuq il-bejt biex inkompli nahdem fuq it-tinda tal-gnien. Tghidx kemm isarajt biex intella’ iz-zewg pilastri tat-tarf. Imbotta min hawn u igbed min hemm, b’xi mod waqqaftom bl-‘ghajnuna’ tat-tfal. Wara battikata bhal-dik intfajna ghad-dell tal-kamra nixorbu tazza luminata friska li tellaghtilna l-mama’.

Hin minnhom iz-zewgt itfal qamu f’salt wiehed…’Qed nisma’ l-qattusa,’qaltli l-kbira.

‘Anke jiena! Zgur hi!’, qabzet iz-zghira.

Issa jiena l-bambin berikni b’par widnejn imdaqqsin, u dak li hadli mil-vizta tahili fl-udit, imma xorta ma smajt xejn. Sikkittom biex nara nismax minn fejn gej l-ghajjat tal-qattusa. Kien kollu ghal xejn ghax ma smajt xejn. Imma t-tfal qamu f’daqqa u grew lejn l-opramorta tal-bejt ta hdejna.

‘Minghand Pippa tal-pastizzi gej il-hoss. Dik zgur Nina!’, ghajtet il-kbira.

Lanqas tawni cans niccekja li ma tarux l-isfel. ‘Isa pa’ , ejja ha mmorru ghand Pippa ha tifthila!’.

Kelli nitlaq kollox minn idejja u mmur maghhom. Il-hmerija hi li Pippa ma kenitx id-dar. Morna ghand bintha li toqghod zewg kantunieri il-hinn minna. Kif rat lit-tfal daqshekk agitati dahlitna gewwa biex tifhem ahjar dak li kienu qed jghidu. Sa fl-ahhar cemplet lill-omma il-pastizzerija u staqsieta jekk tistax tmur id-dar ticcekja. Ix-xwejha, li minn dejjem kienet ta qalb tajba, qablet mil-ewwel. Lit-tfal tieghi kienet thobbom, bejn forsi ghax kienu simpatici, u kif ukoll ghax kienu edukati, u jirrispettaw lil min hu ikbar minnhom.

Wasalna d-dar ta Pippa, u Rose, ghax hekk kien jisimha binta, tellatna fil-kamra ta fuq il-bejt. Fethet il-bieb li mit-tarag jaghti ghal-bejt u l-povra qattusa taret ghal-fuq it-tfal bil-ferh. Ma nistax nghidilkom l-emozzjoni li kellhom fuqhom bis-sejba tal-pet taghhom. Li gara kien li peress il-gimgha kien hafna rih, meta l-qattusa kienet qieghda tarrex gol-kamra ta Pippa, instabat il-bieb u ma setghetx tohrog. Meta tlajt fuq il-bejt ma kontx smajta, u peress li Pippa mhux l-ewwel darba li raqdet ghand ohta, ma kenitx resqet lejn id-dar taghha ghal-tlett ijiem shah.

Li-storja spiccat b’wicc il-gid hekk kif wasalna d-dar. Il-qattusa kielet ikla liema bhala, u ntasbet torqod fuq is-siggu favorit tieghi. It-tfal ma ridunix inqajjima u kelli noqghod nara l-partita tal-hadd filghaxija fuq bicca banketta mzegilga li ghal naqra ma nfaqatx bijja meta skurjana fl-ahhar ftit. L-aqwa li issa kien ghadda kollox.

Kull meta tarani Pippa tassikurani li minn dakinhar l’hawn qatt ma regghet rat lil-qattusa fuq il-bejt taghha!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s