Karawett migdum.

Qabel ma kont bdejt nahdem ghal-rasi, hafna zmien ilu, kont impjegat ma’ kumpanija lokali tat-telefon. In-nies li kienu jaqilghu l-ghixien taghhom minn hemm kienu varjati daqs il-kuluri tal-qawsalla. Kien hemm inginiera, bli-studju twil taghhom, kif ukoll haddiema ta l-id, li ghad forsi ma kienux jafu wisq skola, kienu ndispensabbli minhabba l-hila manwali taghhom. Fil-bidu jiena kont naqgha sewwa sew lejn in-naha t’isfel minhabba li kont bdejt bhala student. Ta’ spiss uliedi kienu jitolbuni nirrakkontalhom xi praspura li mhux l-ewwel darba kienu jdahhluni fiha dawn l-imberkin ta haddiema

‘U isa pa’, ma tiftakarx f’xi bawxata minn taghkom?’, kienet issaqsini spiss il-kbira. Kont inhares lejha taparsi bl-ikrah meta kienet iddahhal lili bhala percimes fli-storja

Issa nghidilkhom is-sewwa ma kienx pjacir tieghi nghid stejjer tad-dahq fuq nies li kienu jaghmlu l-hmerijiet forsi ghax m’humiex daqshekk intelligenti. Imma meta’ ghadda iz-zmien kont irrejalizzajt li wasal iz-zmien li nidhqu naqra b’dak it-tgerfix li kien isir.

U darba wahda f’Jannar kienet giet opportunita’ tajba biex nirrakkontalhom storja li zgur ser tibqa f’mohhi ghal-dejjem. Kien lejl ta’ maltemp verament feroci, u bhala konsegwenza kien mar id-dawl fir-rahal taghna. Wara li kebbisna l-lampa tal-gass, intfajna fil-kcina niehdu belgha te’ tajba. Bhala generazzjoni li mohhna dejjem mimli bit-televizjoni, radjijiet u x’naf jiena, kienet stramba l-ideja li ser naghmlu lejl fid-dlam minghajr naqra ta’ zvog. U hawnhekk kemm il-mara kif ukoll it-tfal bdew jipprovaw jikkonvincuwni nghidilhom praspura. Okrob minn hawn, u okrob minn hemm, fl-ahhar haduli rasi u accettajt…

Intfajt bilqieghda hdejhom, billejt grizmejja bit-te, u qisu z-zmien beda jgerbeb lura bhall-ilma…..

Niftakar sewwa li kien sajf qalil jahraq u l-parti l-kbira taghna l-haddiema aktar kien mohhna li nsibu xi rokna dellija milli nghaddu l-linji tat-telfon ghall god-djar tan-nies. Min jahdem barra jaf kemm jista jkun ikrah Lulju taghna. Kien jehdilna sahhitna kollha.

Fortunatament jiena kont ma haddiem li kien jahdem sew b’mohhu. Karmnu kien ragel ta xi hamsin sena, irqajjaq u fuq ruhu sew. Konna nohorgu kmieni ghal xi s-sitta w’nofs ta filghodu nlestu t-tulijiet tal-‘wire’ minn mal kaxxi tal-hajt sa hdejn il-ventilaturi tal-klijenti. Niftakarni nhallu daqsxejn ta’ romblu tal-firdiferru mdendel fuq musmar apposta. Dan konna naghmluh biex inlestu x-xoghol ta’ barra malajr kemm jista jkun. B’hekk kien ikollna hin bizzejjed inlestu x-xoghol ta’ gewwa minghajr wisq ghaggla. Iktar importanti kien il-fatt li fl-eqqel tas-shana konna nkunu gewwa ghand in-nies. Karmnu kien wiehed li jipprepara l-gurnata minn qabel. Ghallura ghal xi s-siegha meta konna nidhlu lura fl-ufficini zaghar li kellna, konna nippjanaw ir-rotta li rridu niehdu il-gurnata ta wara.

Mela darba gara li Karmnu kellu bzonn jiehu xi jftit granet frank biex idur bil-mara ghax kienet liwjet saqajha. Kont hakkejt naqra rasi. Bhala student ma kellix permess insuq il-van tax-xoghol jien, allura kienu tefghuni naqra ma mghallem iehor. Zeppi kien ragel tassew differenti minn Karmnu. Kien bniedem verament imdellek. Wara li kien ilesti mix-xoghol ta filghodu, Zeppi kien imur jiehu hsieb l-erbgha moghziet li kien fadallu f’razzett zghir li kien hallielu missieru. Nista nghidilkhom li niddubita gismu kienx jara laghqa ilma ghax ir-riha li kienet tfewwah meta jghaddi minn hdejk kienet xi haga li taqsmek. Kienet proprja riha ta moghoz mahmug. Minn warajh konna nghidulu ‘il-Beqq’. Laqam tassew tajjeb. Zeppi l-Beqq! Tistghu timmaginaw kemm kien jiehu ghalieh meta kienu jsejhulu l-Beqq! Ma kienx jinzillu sew dan il-laqam. Kien ihossu wisq fuq gildu. U iktar ma kien jithambaq iktar aghar! Ma setax jifhem li ladarba jwahhlulek laqam bih tibqa!

Kif kont qed nghidilkom ghamilt ftit jiem ma dan-Zeppi. Jghidu lill-gurnata mis-sebh turik, u jkolli nghid li dan il-qawl verament tajjeb. L-ewwel battikata kienet li nfiehmu li x-xoghol kif nahdmuh jien u Karmnu kien jaqblilna. Wara li accetta, ‘Ghax jine jdejjeqni t-tilwim’ , qalali problema ohra. Insista li flok vann tax-xoghol, niehdu il-‘Land Rover’ imtektka tieghu. Thambaqt ghal-xejn mieghu!

‘Jine dejjem tieghi nuze,’ qalli b’Malti mghaffeg. ‘ U jekk me tridx, tirkebx. Ghelijja xurta.’

U bhal kelb mismut kelli mmur mieghu f’dik il bicca racanc imsaddad! Jekk kienet tal-biza minn barra tistghu timmaginaw kif kienet minn gewwa! It-tapiti ma kienux jidhru bl-imbarazz li kellu…gwiez mifrux, ful, basal, kif ukoll xi borza tal-pastizzi antika. Meta rahni nhares skantat lejn dak it-tgerfix, dahakli dahqa minn tieghu u qalli….

‘Stenna naqra helli nnaddaflek is-sedil to!’, u ta’ daqqa sew fuq is-‘seat’ li kelli npoggi bilqeghda fuqu. ‘Dok biex me toqghodx fuq il-gurdien..’

Gurdien! Taht is-‘seat’! Minn ftit affarijiet kont nibza jien, imma l-kelma gurdien kienet tibdilli demmi f’silg. X’ma jkollux grieden fil vann. Kienu jimmaginawa bhala festa ta ikel il-‘Land Rover’. Harist lejn Zeppi, u bil-kemm m’ghamilx ghalija ghax kont qed nehoda bil-lajma. Fl-ahhar wara li bellajtlu daqtejn ohra jien, iddecidejt li nitla’ , u tlaqna tlikki tlikki.

Wara xi hames minuti konna wasalna ghand l-ewwel klijenta. Is-sinjura Vella kienet mara kbira pulita, u meta konna morna jumejn qabel jien u Karmnu konna bqajna mpressjonati kif in-nisa jibqghu xummiema fuq l-indafa, anke meta l-eta’ tibda diehla sew. Imma kif ratna minn wara l-persjana rajta tibjad.

Qaltli, b’lehen irqieq u edukat ‘Zaghzugh, int idhol kemm trid, imma lid-‘driver’ halllieh ftit barra.’ Ma ntihix tort. Kif harist lejh, bi qmis miftuha fuq sider mimli suf griz, u qalziet kollu mraqqa, imxammar u hafi, b’kull difer daqs wirdiena sewda, qalbi ghamlet tikk. Lanqas kien dahalli f’mohhi li jista jkolli problema mal-klijenti. Hassejt in-nar tielgha lejn wicci. Ippruvajt nispjegala li dak ma kienx id-‘driver’ tieghi izda l-imghallem. Ma reditx taf, u kella ragun. Kieku kienet il-mara kienet tohrog fliskatur u broxk dak il-hin.

Cempillna lil-‘foreman’ fuq ix-xoghol li s-sinjura Vella kienet naqra ma tiflahx dil-gimgha u kellna nghaddu ghand li jmiss. Ergajna ghabbejna l-ghoda gol-vann u rhejnilha lejn in-naha l-ohra tar-Rahal. Is-sinjura Grech ma tatx kaz li stat ta Zeppi u hawn hadt ir-ruh. B’dan il-pass qatt ma konna ser inlahhqu l-kwota ta kuljum. Wara li ccekjajt li kollox sew minn-naha tal-klijenta, hattejna l-ghodda u dhalna l-gewwa. L-ewwel haga li laqtitni kienet ir-riha taqsam ta qtates u l-hmieg li jhallu warajhom. Bdejna x-xoghol u hawhekk bdew il-praspar ta Zeppi. L-ewwel tgerfixa kienet meta beda jtaqqab il-hajt biex nghaddu l-‘wire’. Ma nafx kif irnexxielu, imma flok taqqab bejn kamra u ohra, ha zball fil-hajt u taqqab ghal god-dar tal-gara! Kif gibed il-golja lura, kienet mimlija suf! Dak il-hin twerwirt! Kien taqqab dritt ghal gol-gwardarobba tal-gara!

‘Il-ahwa Zepp x’ghamilt!’, ghidtlu, b’lehni naqra jghajjat,’issa sew! Ara naqilghux xi daqtejn! Dak jonqosni jien!’

Ara ma tahsbux li nkwieta tafx! Farfar il-golja mis-suf u beda jtaqqab fejn suppost. Ix-xoghol kompla miexi bil-galbu sakemm wasalna fil-kcina. Sewwa sew f’nofs il-mejda kien hemm skutella mdaqqsa mimlija karawett u lewz. Issa jekk Zeppi kellu xi difett zgur ma kienx tal-misthijja, u kif ra lix-xwejha riesqa lejn il-bieb ta barra hataf ponn mimli b’dak il-karawett u tefghu jigri f’halqu.

Bqajt inhares lejh skantat…’Imma…Imma Zepp hija tghamillix dawn il-hmerijiet ta! Dawk mhux taghna.’

Ghalxejn ghidtlu, lanqas biss indenja ruhhu jirrispondini.Smajtu jgerrem dak il-lewz b’gost kbir. Gietu tajba x-xorti li is-sinjura Grech kien gie tal-pitrolju u qaghdet tpacpac mieghu. Zeppi qabad ponn iehor minn go l-iskutella u tefgu f’dak il-halq mimli snien kbar kwadri. Lestejt ix-xoghol ta malajr biex naharbu l-barra min hemm gew! U bl-ezatt lestejt! Kif kont qed nimla d-dettalji tal-klijenta fuq il-formola taghna , dahlet fil-kcina s-sinjura Grech.

Iffirmat b’salib kbir fuq il-karta u lestejna biex nitilqu. Tista timmagina wicc Zeppi meta tatna wkoll kaxxa cikkulata tat-‘toffee’. Imma hawnhekk waqghet il-bomba!

‘Dawk ma nistax nikolhom,’ qaltli. ‘It-tifel tahomli bi zball! Is-soltu jtini cikkulata bil-lewz.’ kompliet. ‘Jiena snieni ilhom li waqghuli, allura noqghod nomghod sakemm iddub ic-cikkulata u l-lewz nitfghu go li-skutella fuq il-mejda. Tghidx kemm ihobbu jlaqqtu minnha l-qtates!’

U b’dawn il-kliem ghamlet ideja ma halqa u laqghet xi sitt lewziet ileqqu. Resqet lejn il-mejda u tefaghtom go li-skutella. Ma flahtx inzomm bid-dahk! Wicc Zeppi beda ghaddej minn numru ta kuluri sakemm issetilja fuq l-ahdar. Gab kull skuza biex nitilqu l-barra, u l-ewwel spizjar li sab dahal u xtara ‘toothbrush’ u stocc ‘toothpaste’. Hasel halqu dak il-hin fit-trieq. Jiena sadanittant kont qed nitgerbeb fuq is-‘seat’ bid-dahk. Haqqu…ma missu qatt ibaghbas affarijiet tan-nies.

Kif wasalna lura l-ufficju irrakkontajt b’kollox lil-‘foreman’, u tistghu timmaginaw kemm dahku l-haddiema l-ohra. Iddecidejt li jekk ma jitfaghnix ma tekniku iehor, kont ser niehu gimgha frank jien ukoll…..u hekk ghamilt.

Kif spiccajt mill-istorja harist lejn il-kumplament tal-familja, u fid-dawl inemnem tal-lampa stajt naralhom id-dmugh niezel ma haddejhom.

‘Il-ahwa pa! Kieku jien ma kontx nihu l-‘leave’….ragel bhal dak! Ara kemm kont nidhaq. Min jaf x’sar minnu Zeppi.’

Ftit wara kont iddecidejt li mmur nara lil-shabi l-antiki tat-telefon. Staqsejt ghal Zeppi, imma qaluli li kien halla dan il-wied ta dmugh fl-ghomor ta tmenin sena. Kienu sabuh mejjet fis-sodda, imdawwar bil-moghoz gheziez tieghu. Veru kont nirrabja meta kien jaghmilli l-hmerijiet, imma ghamilt ftit tad-dwejjaq ghal dan ir-ragel, ragel tal-ghalqa li dejjem hadem bl-gharaq ta xbinu ghal ghixien tieghu u ta familtu.Minn din l-istorja kont hadt il-lezzjoni ta hajti. Kull persuna jifforma parti mportanti mix-xibka tal-hajja, u d-dinja zgur kienet ser tkun iktar fqira meta jisparixxu nies anzjani ta tradizzjonijiet antiki.

Tmiem

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s