Zjara fil-facilita korrettiva ta’ Kordin.

Il-Hadd filghodu, u ghadni gej minn esperjenza mhux tas-soltu. Esperjenza li biex nghid id-dritt, emozzjonatni, u kif. Mhux wahda li ninsa malajr, ghax f’dan iz-zmien tas-sena kullhadd mohhu biex jifrah u jixxala, u facilment ninsew lil min hu wahdu. Jew marid. Jew inkella maqful gewwa kamra – ghaxar piedi bi tmienja, nisthajjilni bhal ma naghlqu ghasfur tal-bejt f’gabjetta.

Kollox beda xi gimgha w’nofs ilu meta rcevejt telefonata b’mistoqsija intriganti. Kienet habiba taghna, Bernardette, jew kif nghidula ahna, Benny.

“Tithajjar li kieku kellkhom iddoqqu il-Facilita’ Korrettiva ta Kordin? Ghal quddiesa tat-tmienja w’nofs ta filghodu?”

Kif stajt nghid le ghal esperjenza bhal dik? Ftehmt ma shabi l-muzicisti l-ohra, li hadu gost b’dik l-istedina nsolita. Naturalment ghamilna l-preparamenti biex naqtghu figura tajba, pero’ fuq kollox, permezz tal-muzika taghna nwasslu naqra ferh nisrani f’qalb dawn in-nies li spiccaw gewwa minhabba cirkostanzi xejn favorevoli..

Kien fis-sebgha w’nofs ta filghodu meta wasalna quddiem il-grada ewlenija tal-Facilita’, bini imponenti li tiskanta kif jghidu li xi hadd jista jahrab minn hemm gew.

Dak il-hin li konna dehlin ahna kien hemm prigunier li kien ser jerga lura ghall-liberta’ u l-imhabba tal-familja tieghu, li kienu qed jistennewh barra, bid-dmugh f’ghajnejhom.

Bi tbissima fuq wiccu qalli “Iva llum gejtu ddoqqu, ghax sejjer jien?” Il-gwardjan, wara li ghanqu wahda, taptaplu fuq daru u qallu li jekk irid, jista jerga jidhol. “M’ghandekx cans habib…m’ghandekx cans. Hadta l-lezzjoni”, qallu waqt li xengel rasu darba tnejn. Risposta ta qsim il-qalb.

Ghaddewna minn bieb elettroniku, u wara li ntlabna nnehhu mobiles, cwievet, id cards, wallets u kull ma kellu x’jaqsam xejn ma l-istrumenti, gejna moghtija locker u cavetta biex insakkru kollox.

Ergajna ghaddejna mic-‘checkpoint’ , u dritt ghal go kamra fejn assolutament kullhadd jigi ‘frisked’, jew iccekjat li ma ghandu xejn iktar fuqhu. Irgiel minn gwardjan ragel, u naturalment, it-tfajliet minn gwardjana mara fiha daqshiex. Intlabna nifthu kull pocket tal-basktijiet li kellna l-istrumenti fihom, u wara ‘check’ iehor, hrigna ghal gol-bitha li tifred il ‘guardhouse’ mill-‘main unit’.

Kien hawnhekk li hassejtni diehel f’dinja ohra. Il-‘main unit’ huwa bini enormi b’hitan wisghin hafna, u fuq barra il-bieb kien wiehed kbir, izda biex tidhol fil-qalba tac-celel kellna nghaddu minn bieb dejjaq u baxx hafna. M’hemmx ghalfejn nghidu li l-bieb kien tal-hadid, b’kull caccisa kwazi pied u katnazzi daqs hobza tan-nofs artal.

Wara passagg qasir iehor, dhalna ezattament fic-centru tal-facilita’. Fin-nofs ta din il-kamra tonda kien hemm tarag garigor tal-hadid, dejjaq immens, tiela l-fuq xi hames sulari, qisu molla lesta biex tispara. Fuq nett kien hemm xi hames jew sitt passaggi tal-hadid li jaghtu ghall blokok tal-prigunieri. Naturalment kien qieghed forma ta spiral biex attentat ta harba tiehu hin twil u jittiehdu mizuri fil-hin. Bibien zaghar hodor tal-hadid imlew dawn il passaggi sa gewwa nett.

Fuq il-media nisimghu hafna affarijiet koroh fuq dawn in-nies u fuq din il-facilita’. Nisimghu b’nies li ghandhom ic-cella bil-wallpaper, u purtieri, u stereos u mobile phones u mitt hag’ohra. Ir-rejalta hija ferm differenti meta tara b’ghajnejk. Xejn minn dawn l-affarijiet imsemmija. Kamra mizbugha b’zewg kuluri, sodda marbuta ma’ hajt bil-ktajjen, toilet miftuh ghal-vista ta kullhadd, sink tal-hadid u bicca pjanca li tintuza bhala skrivanija. Radios u forsi forsi TV? Iva. Mobiles? Insiha.

L-istess hames blokok kienu wkoll evidenti mal-livell taghna, maghluqin b’kull grada tal-hadid fiha sular. Wara xi tlieta minn dawn il gradi kien hemm nies jistriehu maghhom b’sigarett mixghul, waqt li ohra kienet qisa ‘mess-hall’, jew canteen. Hawnhekk, minhabba li l-hin kien ghadu bikri, diversi detenuti kienu ghadhom qeghdin jiehdu l-kolazzjoni taghhom.

L-istess detenuti kienu mid-dehra qeghdin diga jlestu ghall-ikla ta nofsinhar, u r-riha tfuh ta stuffat tal-fenek itektek bil-mod qataghli nifshi bl-aroma tieghu. Kullimkien madwar l-imwejjed stajt nara l-prigunieri jiccajtaw bejniethom fi stat ta ‘relax’ assolutament. Madwar din il-‘hub’ centrali kien hemm numru ta ‘posts’ tal-gwardjani, li minkejja li kienu jidhru dahkana u rilassati, kienu attenti ghal kull pass li konna qeghdin naghmlu bejn il-bieb iz-zghir u passagg kbir.

Hrigna minnu, ghal go passagg iehor li fuq iz-zewg nahat kellu twieqi zaghar inkwadrati bil-vireg tal-hadid, u numru kbir mizbugh tahtom. Kien hawnhekk li qalbi ghamlet tikk, hekk kif irrejalizzajt x’dinja zghira spiccaw fiha dawn l-isfortunati. (Nghidilhom sfortunati ghax hafna minnhom ma setghux jaghmlu mod iehor. Kien hemm min minnhom li qalli wkoll “Jien ahjar hawn gewwa. Kollox strutturat u kollox f’postu. Nibza li meta nohrog barra nerga naqa’ fin-nassa.”)

Kif hrigna minn dan il-passagg finali, kien jonqos dawk il hamsin metru ghal-kappella ta Kordin. Fuq iz-zewg nahat kien hemm il-btiehi kbar fejn id-detenuti jkunu jistghu jghaddu l-hin jilaghqu x-xemx, jew jilaghbu diversi tipi ta sports. Skond wiehed mill-prigunieri zaghzagh li offrilna daqqa t’id, ikun hemm kampjonati ma jispiccaw qatt tal-football. Juventus, Milan, Manchester United, Arsenal u bl-influss ricenti ta prigunieri b’fidi Musulmana, timijiet b’isem bhal Gabon u Eritrea.

Round wara round wara iehor. “M’ghandniex problem ta hin.” , qalli wiehed minnhom. “Hin ghandna kemm irridu biex naghmlu kampjonati twal kemm hemm bzonn. Bhalissa l-Juventus huma l-holders tac-Champions League taghna. Mhux bhal ta veru imma, xi tlieta ohra qlajna l-bierah.”

Staqsejtu jekk jarawx il-partiti flimkien. Irrispondieni li fit-tmienja kullhadd imsakkar fic-cella tieghu, u l-partiti kienu jigu segwiti permezz tar-radju. M’ghandhoms satellite, jew cable…

Dhalna fil-kappella, kbira mhux hazina u vera mzejna sabiha, bid-dekorazzjonijiet maghmulin kollha mid-detenuti, fil-workshops tal-facilita’. Anke l-Christmas Tree kienet ‘home-made’. Sigra l-gmiel taghha, imdawla tajjeb u mixghula, bhal ma kienu il-hafna ucuh tal-fidili li kienu qeghdin jirrispondu ghas-sejha tal-Mulej ghal-tlett kwarti flimkien. Tlett kwarti ta gabra u kalma f’dinja mharbta. Fejn jintnesa il-glied, is-serq, id-drogi, jew kull att iehor li wassal dawn in-nies f’dan il-post. Tlett kwarti ta komunikazzjoni mal-Mulej.

F’kemm ilni nghid, armajna l-apparat, ghamilna sound check, u stennejna lil Father Franco jaghtina il-‘go ahead’ biex nibdew. Sadanittant, il-kappella intliet sa ruh omma. Kont genwinament sorpriz bin-numru , specjalment zaghzagh, li attendew.

Ghazilna kanzunetti li generalment jafhom kullhadd. Bdejna b’Ningabru Insara. Qabizli d-dmugh f’ghajnejja hekk kif prattikament kullhadd beda jkanta maghna, hoss melodjuz ta rgiel fl-aqwa taghhom, b’sahhtu, sabih, u ta qsim il-qalb….xewqa ta partecipazzjoni ghal festa, li minkejja li kienu ser jaghmluha gewwa, kienet festa ta tama gdida.

Ikolli nammetti li ma nafx kif ghadda l-hin. Fr.Franco, ghamel omelija verament tajba, ‘Irridu nghidu li ppruvajna l-hazin, issa wasal iz-zmien li iva, nippruvaw it-tajjeb ukoll.’

L-ahhar innu kien wiehed mexxej. Tlabnihom icapcpu maghna, mal-muzika, u prattikament kullhadd dahal maghna. Spiccajna l-innu, u haga ta l-ghageb id-detenuti nfexxew icapcpu bis-sahha, applaws ta ringrazzjament sincier minn dawn in-nies li nisimghu hafna hazin fuqhom.

Ikolli nghid lihafna minn dan l-ghajdut huwa falz. Ghax rajna hafna hbiberija. U ghax fuq kollox rajna rispett. Hafna w’hafna rispett. Mid-detenuti lejn il-gwardjani. Lejn il-qassis. Lejn is-soru li animat il-quddiesa. Lejn xulxin. U lejna wkoll….

Wara li zarmajna kollox intfajna kollha f’kamra li sservi bhala kcina. Lestewlna pudina tal-hobz, u ktieli bil-mishun ghat-te’ u kafe’. Ahna quddiem il-kafe, daqshekk kmieni, prattikament indubu. Smajna diversi stejjer minghand numru ta detenuti.

Mhux ha niggudika jien, ghalkemm stajt nirrejalizza li kien hemm diversi nies li l-pieni taghhom hassejthom horox wisq…addirittura prigunieri li l-kawza taghhom lanqas biss tghaddi bhala att kriminali f’pajjizi ohrajn. L-istqarrija ta wiehed li gharafni kienet tal-biki.

Il-mishuta droga. Tlett kwarti tan-nies hemm gew kienu hemm minhabba akkuzi ta droga. Ecstasy, Kokaina , u l-ikbar numru taghhom fuq Cannabis. M’inix ha nidhol fil mertu jekk hux tajjeb jew le, imma nara li hemm bzonn edukazzjoni serja.

Dort naqra mal-prigunieri li gew ghal-kafe’ wara l-quddiesa…kollha bl-istess appell. “Ergghu ejjew doqqulna. Nixtiequ nergghu narawkhom maghna.”

Ma xtaqniex immorru lura daqshekk malajr, imma l-permess tal-hin taghna kien wasal biex jintemm. Hrigna minn Kordin b’dispjacir li ma stajniex nghaddu naqra iktar hin maghhom.

L-ghada tal-Milied ser ikun hemm l-isqof ta Malta li ser jiccelebra l-quddiesa mad-detenuti. Regghu staqsewna rridux immorru…

Kif tista tghid le?

Advertisements