Il-mini ta Kemmuna.

1.Decizjoni li mmorru btala

Kienet decizjoni li konna ilna biex niehdu. Jien u l-mara konna qeghdin intellghu u nnizzlu jekk immorrux btala qasira f’xi lukanda, jew inkella nghaddux hmistax mistrieh fuq il-gzira sabiha t’Ghawdex. Fl-ahhar id-decizjoni kienet waqghet fuq Ghawdex, kemm ghax konna ndumu aktar, u kemm minhabba li z-ziju tal-mara offrilna l-uzu tad-dar antika kbira tieghu. Kiber wisq biex jaghmel uzu minnha u xi kultant kien jaghti permess lil-qrabatu biex juzawha.

Meta tarrafna l-ideja taghna lit-tfal, haduha daqs li kieku kella tkun l-avventura ta hajjithom. Konna sifirnihom sa l-Ingilterra, imma Ghawdex konna morna bil-kbira meta kienet ghada tarbija u biz-zghira ma rsaqniex l-hemm. 

Rita kienet ghada kemm taghlaq l-ghaxar snin…twila u rqieqa, kienet fula maqsuma ta omma meta kienet zghira. Kienet imferfxa w fuq ruha, ferrihijja u generuza. Anna, iz-zghira, kienet tixbah lil-missieri meta’ kien ghadu zghir huwa. Xi kultant niskanta meta nara ritratti ta missirijietna, u ninnota kemm jigbed id-demm.

U meta ftakart fir-ritratti, ftakart li meta konna ghadna zaghzagh jiena u l-mara konna nitilghu spiss in-naha ta fuq ta Malta, u mhux l-ewwel darba li nghaddu granet nimxu fuq il-gzira ta tlett gholjiet. Mort gibt sellum zghir li nzomm fil-bitha u tlajt fuq ir-raff biex ingib kaxxa taz-zraben mimlija ritratti u rikordji li konna nigbru min kullimkien.

It-tfal habtu ser jaqbzu fuqha l-kaxxa, imma gielthom iweghduni li l-ewwel ninhaslu, nieklu, u mbaghad noqghodu narawhom bil-kwiet. U hekk sar. Wara li kullhadd kien intela’ gmielu, irtirajna gol-kamra li konna nuzaw bhala kamra tar-rekreazzjoni. Ma kienet xejn specjali, kamra zghira ta 12 il-pied kwadrati, imma kellna sufan komdu, televizjoni, kif ukoll diversi kumditajiet ohra. 

Intfajna ma l-art fuq it-tapit hadrani u ftaht il-kaxxa. Gharrixt l-hawn u l-hinn sakemm sibt ir-ritratti t’Ghawdex…..u mill-ewwel beda d-dahk. Lit-tfal tajthom ritratt li kif tarah taqbdek kurzita. Ragel niexef b’ras mimlija xaghar sa spallejh kellu jdejh imdawrin ma tfajla rqieqa zokk, liebsa libsa orangjo tixghel u zarbun b’takkuna ma tispicca qatt. 

It-tfal tawh harsa ta malajr u warrbuh. Bqajt inhares lejhom cass…..’Mela ma rajtuhx ir-ritratt?’ staqsejthom.

‘Iva papa’, qaltli Rita,’imma ahna tieghek u tal-mama’ rridu naraw…lil dawn it-tnejn ma nafuhomx!’

Ma kenitx kelma.Jien u Lina nfqajna nidhku. It-tfal imsieken ma ttihomx tort hux? Wara li waqafna mid-dahk taghna, Lina spjegatilhom li dawk tar-ritratt konna proprja jien u hi…

Regghu qabdu r-ritratt, ezaminawh u harsu lejna. Pront qabzet iz-zghira u qaltli…’Dak zgur mhux int papa’. Daqs kemm ghandu xaghar, int m’ghandek xejn…’

Qabzet Rita u ziedet m’ohta ‘U kemm hu niexef … int qisek bumbardun!’

‘Le zommu wahda’, wegibthom jien. ‘Xaghar ma fadallix ghax eh…ghax inqaxxara……u jekk ghandi zaqqi naqra kbira, dak it-tort tal-mama taghkom ghax taf issajjar hafna. Jiena x’nahti jekk nigi mix-xoghol u nsib platt ghagin ifewwah? Narmieh jew? Ma tarawx…’

Ma dan il-kliem iktar dahqu bijja…’Tqaxxara biex ma tidhirx bil-qara’ imma papa’ hux?’..qaltli Anna. L-innocenza tat-tfal kienet helwa daqs iz-zokkor u taqta daqs xafra. 

Dawru harsithom lejn il-mara tal-libsa orangjo fir-ritratt, u mbaghad jippruvaw iqabbluha m’ommom tal-lum. Iz-zmien jghaddi, u ghalkemm Lina ma kenitx baqghet dik it-tfajla rqieqa ta hafna snin qabel, kienet baqghet zvelta u zzomm lilha nnifisa pulita. 

‘Kif kont ghazilt lil-papa’ daqs kemm kien ikrah?’ qaltilha Rita.

‘Vera mama’, inti xorta helwa bqajt.’ qabzet iz-zghira.

Ma dan il-kliem taparsi hadt ghalijja sakemm gew it-tnejn fuqhi u qaghdu jzeghlu bijja biex inkomplu…Bla ma naf kif, intlifna fuq dawn ir-ritratti u l-hin kien sar gmielu meta harest lejn l-arlogg. 

Qomna minn fejn konna, ghamilna bela’ te’, u tlajna norqdu fil kmamar taghna. 

2.Il-preparazzjonijiet.

L-ghada, li kien il-Hadd, sebhet gurnata ohra xemxija kif taf taghmel Malta biss. Lanqas lehqu qamu li ma gewx ihabbtulna l-bieb tal-kamra tas-sodda taghna. Wara li ghidnilhom biex jidhlu, intefghu b’girja fuq is-sodda u bdew isaqsuna elf mistoqsija…

‘Meta ha mmorru?’
‘Nibdew nippakkjaw?’
‘Il-kelb ha nehduh maghna?’
‘B’liema karozza sejrin?’

Meta nqum filghodu u nkun tajjeb, ukoll irrid xi kwarta biex nigi f’tieghi, ahseb u ara meta nkun irqadt tard. Ma bdejtx nikkoncentra fuq il-mistoqsijiet li bdew ifajru. Sikkitthom u heggigtom jinzlu biex jitfghu il-kittla fuq in-nar. Wara li nizlu , Lina harset lejja u qaltli, ‘Imnalla ser immorru din il-gimgha tafx…kieku konna sejrin xi xahar iehor kienu jiggennu.’

Qbilt maghha mija fil mija. Hrigt mis-sodda, qbadt xugaman u erhejt ghal-gol kamra tal-banju biex ninhasel. Sakem lestejt u nzilt isfel, insib li mhux talli ghallew kittla izda wkoll ippruvaw isajru bajda u naqra ‘bacon’.  Harist lejn il-platt li zerzqu lejja….il-bajda kienet sewda daqs ‘tyre’ ta karozza, u l-‘bacon’ kien mahruq dlam….Ghallinqas il-fazola tal-bott ma setghux jaghmlula hafna hsara. Irringrazzjajthom u sakemm bdejt taparsi niekol, innutajt li kellhom lista gmiela quddiemhom. Kienet lista ta affarijiet li kellhom ihejju sabiex niehdu maghna. Anke l-kelb kien spicca fil-lista.

Bqajt inhares lejha skantat. Kieku kellna nitfghu dawk l-affarijiet kollha ma kienux jibbastawna zewg karozzi. Sahansitra nizzlu it-televizjoni z-zghir tal-kamra taghhom. Ippruvajt kemm stajt biex nipperswadihom ihalluh hawn halli jistriehu ftit minnu, imma stajt kont qed inkellem il-hadid. Fl-ahhar fehmuni li rieduh minhabba li wara nofsinhar fil-qilla tax-xemx Maltija, ma tantx kien jaqbel li nibqghu barra wisq, u go dar mhux tas-soltu ried ikollom xi haga x’jaghmlu. Jien issuggerejt li jgibu xi zewg kotba maghhom, imma min widna dahlet, u mill-ohra harget.

Bil-mod il mod il-lista bdejna nqacctu minna affarijiet li mhux essenzjali. Imnalla konna ser nitilghu bil-vann li kont nuza ghax-xoghol. Niddubita kemm kienu joqghodu fil-karozza zghira li kellna.

Jiena ma kellix wisq affarijiet ghal xiex nahseb. Ghal hwejjeg ftit kont naghti kaz, erba’ flokkijiet tac-cingi, tlett pari ‘shorts’, kif ukoll qmis ghal quddies. Tfajt il-‘camera’ tar-ritratti, bicca radju, u xi zewg kotba li kont ilni nippjana li ser naqra. Fil-bagalja zghira li kelli tfajt fiha wkoll affarijiet essenzjali bhal sapun, xafra tal-lehja u zewg xugamani. Bi tbissima ftakart li ma kellix ghalfejn niehu ‘shampoo’ mieghi. Vera li xaghari kienet bdiet taqa’, izda il-fatt li meta’ nqum ma noqghodx tinkwieta ghax qomt qisni rizza sibta vera komda.  Il-hsibijiet tieghi marru lura fi zmien meta xaghari kien jinzel sa fuq spallejja. Ftakart kemm kien ikolli xoghol biex niehu hsiebu. Imma dak iz-zmien hekk kienet il-moda. Illum kullhadd bil-magni, biex jiffranka u biex ihossu komdu.

Sadanittant, kif jigri lit-tfal kollha, wara l-eccitament inizjali, bdew iharsu lejn l-ippreparamenti bhala ostaklu. M’ghandniex xi nghidu, spicca biex ix-xoghol sar kollu min ommom. 

Il-Hadd is-soltu tkun gurnata li jiena nehoda bhal mistrieh assolut. Biex immiss il-karozza riedet tkun xi haga ta barra min hawn. Izda meta konna mmorru dawra twila kienet id-drawwa tieghi li ndur naqra mal-vettura w nara li kollox f’postu. B’hekk spiccajt hlejt in-nofs ta nhar ta filghodu nibdel iz-zejt, innaddaf l’hawn u l’hinn. Ftit hin wara li lestejt mix-xoghol, ghajtuli biex inhejji ghall-ikel.

Ergajt mort niffriska ftit qabel inhejji ruhhi ghal xeba’ mistoqsijiet li naf li kien ser ikolli nirrispondi fuq Ghawdex u l-postijiet storici tieghu…

Fl-ahhar wasal il-lejl, u bil-van ippakkjat sas-saqaf, kellna kollox ippreparat biex nitilqu kmieni kemm jista jkun. Dhalna norqdu dik in-naqra qabel is-soltu biex inbakkru halli nilhqu l-vapur tas-sitta ta’ filghodu. Issa l-eccitament beda jahkimhom sew lit-tfal u mhux darba qomt mis-sodda biex insikkithom u nwissihom li jekk ma jqumux fil-hin, konna mmorru jien u ommom, u lilhom inhalluhom gimgha man-nanna Rozina.

3.Il-vjagg

Mad-daqq sfrenat ta l-isveljarin antik qomt b’hasda u nzilt nigri mis-sodda qisni mifxul. Harist il-barra mit-tieq u minhabba li kien ghadu d-dlam hsibt li ghamluli cajta t-tfal u babsuli l-‘alarm’. Minnufih ftakart izda li kellna nahsbu kmieni ghall-vapur. Bi tbatijja kbira qajjimt il-mara, li mid-dehra kienet qeghda tisserra bicca njama sew bl-inhir taghha. Ghorokt tnejn ghajnejja u mort biex inqajjem lit-tfal. B’sorpriza nsib li kienu diga qamu, libsu u ghamlu s-sodda taghhom!

‘Intom l-istess tfal li ma tkunu tridu tqumu bl-ebda mod fi zmien l-iskola?’, staqsejthom bi tbissima…..

‘Eh papa’, wegbitni Rita, ‘illum m’ghandikx cans thallina ghand in-nanna. Tridx ninzel insajjar xi haga tal-kolazzjoni?’

F’mohhi gie mill-ewwel dak l-ikel li kienet ghamlitli l-gurnata ta’ qabel….’Le..Le…’laqlatilha….’jiena naqra te’ biss ser niehu ghax idejjaqni l-ikel meta nkun irrid insuq…araw il-mama’ ghandix aptit xi haga……’, u b’dan il-kliem inzilt nigri biex nixghel il-kittla.

Kwarta wara konna lesti. Dorna dawra biex nitfu l-plakek u naghlqu l-viti ta l-ilma kif ukoll tal-gass. Wara li assigurajna ruhhna li l-akkwarju kien ghad ghandu l-pompa mixghula, inzilna fil-garaxx u tlaqna bil-mod lejn il-vapur. Minn Hal-Tarxien ghal hdejn il-vapur kien hemm gibda gmiela u kif inzilna minn mad-dawra tal-Bombi u rajt il-vapur ankrat f’tal-Pieta’, gietni l-ideja li nitilqu minn hemm biex ingawdu dawra fuq vapur gdid f’ghodwa friska. Ovvjament lill-kullhadd ghogbot l-ideja u gbidt lejn il-lemin biex nirkbu.

Tlajna minghajr problema, hrigna w’sakkarna l-vann u tlaqna ghad-‘deck’ ta fuq. Sibna bank vojt fuq quddiem u ntfajna kobba nistennew li nsalpaw. 

Ma domniex wisq ghax mat-tokki ta l-arlogg tal-knisja ta Gwardamanga, il-magni ziedu fit-tgemgim taghhom u bdejna niccaqalqu. Dak il-hin tas-sitta ta filghodu il-bahar kien qisu mera’ jirrifletti x-xemx tiela. Mumenti bhal dawn igibuk iktar konxju tal-kobor tal-hallieq. Qaghdna ftit fil-kwiet napprezzaw il-gmiel tal-kosta taghna.

Is-siegha u nofs vjagg ghadda bil-kwiet, u hekk kif beda jrakkak mal-blat fl-Imgarr, inzilt wahdi ghal gol-garaxx tal-vapur biex insuq minn fuqu. Bhal ma stennejt kien hemm kju gmielu, u sakemm inzilt , kienu diga nizlu l-mara u t-tfal. Telghu u rhejnila lejn id-dar taz-ziju, fir-Rabat. Bid-distanzi kif inhum f’pajjizna , ma domniex biex wasalna….iktar domt biex naqla l-haxix minn mal-grada biex inkunu nistghu nidhlu. Fl-ahhar sbarazzajna u dahhalna l-vann gol-garaxx. Bejn li qomna kmieni, u bejn li l-vjagg kien naqra twil, iddecidejna li niehdu naghsa qasira, qabel inqumu niehdu bicca hobz, biex wara nhottu l-vann u nippjanaw kif ser inqassmu l-vakanza. L-unika haga li tat naqra nkwiet lit-tfal kienet brimba kbira mdendla ma kantuniera tal-kamra taghhom, imma serrahtilhom mohhom li ma kenitx ser tigi fuqhom…

Dak il-wara nofsinhar hadna vantagg minnu biex nahslu naqra l-kmamar li konna ser nuzaw, kif ukoll biex nerfghu l-affarijiet li gibna maghna f’posthom. Lestejna ghal xis-sitta ta’ filghaxija, u flok inhsilna qbadna xugaman kull wiehed u nzilna sa Marsalforn biex niehdu ghuma pjacevoli. Il-bahar kien shun u x-xatt kwazi abbandunat dak il-hin. Jekk fuq l-art it-tfal kienu jduru zugraga mieghi, fl-ilma ma kellhomx cans jiilhquni.

Ghaddejna l-isbah saghtejn fuq il-bajja. Meta beda jidlam tlajna d-dar , inhsilna  u ergajba hrigna biex immorru nieklu pizza kif kien jaf jaghmila Ganni tal-Gharb biss.

4.Il-Fanal tal-Gordan

Konna ilna jumejn diga qabel bdejna naghmluha ta turisti. Peress li fis-sena skolastika kellha progett fuq Ghawdex, Rita kienet talbitna li mmorru naraw il-Fanal tal-Gordan. L-gholja tal-Gordan, li tinsab imperrca fil-Majjistral tal-gzira, hija 162 metru ‘l fuq mill-bahar u tinsab bejn Wied il-Mielah u Wied l-Ghasri. Kien beda’ jinbena sewwa sew fil-bidu ta’ Gunju tal-1852, wara li l-gvernaturi ta dak iz-zmien kienu raw li tant kiber il-kummerc lejn dawn il-gzejjer li kien inhass il-bzonn li jsir xi haga biex jipprotegi l-vapuri. Il-bini nnifsu gholi xi ghoxrin metru, b’ghaxar filati ohra ghall-fanal. Fil-bidu l-pjan kien li jibnu fanal maqsum f’sitt sulari, li kienu jinkludu salott, zewg kmamar tas-sodda, kamra ta’ l-ghassa u l-lanterna. Meta dan il-pjan intbaghat Londra, il-progett gie approvat izda kellu jsir minghajr kmamar biex jigu ffrankati il-flus. B’hekk it-torri kellu jinqasam biss f’zewg sulari. Matul dan l-ahhar mija w’hamsin sena salva bosta vapuri u nies bid-dawl qawwi tieghu. Illum bl-avvent ta teknologijji moderni, naqas il-bzonn tieghu, izda l-fanal ghadu wieqaf bhala monument storiju lejn ix-xoghol siewi tieghu.

L-Erbgha, kienet Anna li qamet l-ewwel. Qajmet lil-kbira, u wara li libsu gew ipespsu wara l-bieb tal-kamra taghna. Ghajjatnilhom biex jidhlu, u grew ghal fuq is-sodda.

‘Ghadkom reqdin ma’?’, qaltila Anna, ‘uff kemm torqdu intom.’

Bi tbatija harist lejn l-arlogg li kelli hdejja. ‘X’norqdu norqdu…..tafu li ghadhom is-sitta w’nofs?’

‘Veru kmieni papa’, imma ma rridux nitilfu hafna mill-vakanza.’ Din giet minghand Rita, li normalment meta jkun is-Sibt jew il-Hadd ma titharrikx mis-sodda qabel ix-xemx tkun ezatt fuq rasna u dellna taht saqajna!

‘Kollox sew, issa nohorgu naqra kmieni biex nevitaw ftit mix-xemx…..issa la qajjimtuna, nippreparaw.’ Ghamilta ta bir-ruhhi li kont irrabjat, imma t-tfal makakki w’jindunaw meta tkun qed tippretendi.

Lina, bhas-soltu, kienet hasbet mil-lejl ta qabel biex tlesti l-affarijiet biex niehdu maghna. Lestew basket ikel u nofs tuzzana fliexken ilma kiesah, kif ukoll basket iehor ippakkjat bil-frott. Fil-vann tfajna wkoll mejda milli jinghalqu. Ghabbejt erba banketti zaghar, u ovvjament, xugamani.

Tlaqna bil-moghod, u billi ma kienx hemm xi ghaggla partikolari, ghaddejna minn quddiem ta’ Pinu…u min ma jmurx Ghawdex u ma jinzilx sa ta’ Pinu? B’xorti tajba konna fil-hin biex nisimghu l-quddiesa ta filghodu. Tfajt qmis fuqhi u ersaqna lejn it-tarag biex nidhlu….
Imma x’nidhlu… jiena kont liebes ‘shorts’ u zewg ajjutanti barra l-bieb ma hallewni nidhol b’xejn.

‘Jiddispjacina sinjur..imma b’dak il qalziet qasir daqshekk ma nistawx nippermettulek tidhol fis-santwarju.’

Ma nafx x’kienet il-problema. Il-qalziet li kelli kien wiehed dicenti u jinzel jaghttili rkubbtejja. Il-mara u t-tfal kellhom qliezet zgur iqsar minn tieghi. Ghal-xejn protestajt. Fl-ahhar tawni bicca drapp biex indawwara ma qaddi. Tghidx kemm dahku bijja l-mara u t-tfal. Kont qisni ghadni gej mill-Indja. Rita, ta makakka li hi harget il-‘camera’ tar-ritratti u gibditli tnejn tajbin. Kella x’tinkini bihom dawk ir-ritratti.

Wara l-quddies tlajna fil-van u qbadna t-trieq ghal Wied il-Ghasri. It-toroq f’Ghawdex huma hafna iktar lixxi min dawk Maltin u fi ftit minuti wasalna fid-destinazzjoni taghna. Ipparkjajt il-van mal-genb tat-trieq u htigt….u nsib ruhhi wahdi. Harest lejn it-tfal u l-mara u ndunajt li bl-ebda mod ma kienu f’burdata jitilghu dik it-telgha verament wieqfa. Ghollejt tnejn spallejja u ergajt dhalt fil-vettura ha nitilghu it-trejqa. 

‘Din it-trejqa vera perikoluza..’ , ppruvajt nispjegalhom, ‘Allahares nersqu hafna fil-genb ghax naqghu…’

‘Ahna nafdawk papa’ tafx..’ qaltli Rita, ‘u barra min hekk, shana wisq biex nitilghu sa fuq. Ahjar bil-karozza.’

Tfajt il-van f’gear baxx u tlajna bil-mod il-mod sa fuq. Fortunatament, ghalkemm wieqfa hafna, it-trieq kienet wahda qasira.

Jekk mil-boghod il-fanal kien jidher kbir, issa li konna tahtu kien addirittura enormi. Is-sulari ta zmien l-antik ma kienux bhal tal-lum. Anke l-bieb kien wiesgha hafna. Ma stajtx nahseb f’raguni valida sakhemm irrejalizzajt li l-lenti nnifisha kienet kbira gmiela, u mill-bieb biss setghet tiddahhal. Fis-sajf il-bieb ta barra kien jigi miftuh minn haddiem tal-bord tat-turismu. Dhalna fid-dlam tal-kamra u wara li qaghdu ghajnejna qadna nistudjaw ftit dan il-bini majjestuz. Il-hitan ta barra kienu hoxnin hafna, qishom kuridur dejjaq. Spjegajt lit-tifla li peress li kien mikxuf hafna, dan il-bini ried ikun b’sahhtu bizzejjed biex jirrezisti l-qilla tax-xemx, xita u maltempati. Wara kollox, kullhadd jaf kemm ikollna rjiehat qawwijja Malta. Fin-nofs tas-saqaf kien hemm toqba wiesgha. Imxejna ghal tahta u harisna l-fuq. 

Fl-gholi kien jidher il-gardarun fejn kien jintefgha z-zejt li kien jigi mixghul b’lasta taqbad. Kien hemm gholi mhux hazin , u d-dawra ta’ gewwa tat-torri kienet protetta b’railing’ tal-hadid.

Rita daret ftit ma l-armar li kien hemm mal-hitan. Sodda tal-hadid zgangata, skrivanija antika, kif ukoll gwardarobba li kienet enormi. It-tifla hadet ftit ritratti biex tkun tista ssebbah il-progett li kellha l-iskola. Riedet titla fuq u taghti titwila lejn il-lenti nnifisha, imma t-tarag kien maghluq b’kancell tal-hadid. Kellu katnazz daqs hobza tan-nofs artal. Harset lejja qisha riedet tghidli ‘hemm xi cans li nifthuh?’.

Wissejta biex iggib ruhha sew. La kien maghluq, sinjal li ma kellniex permess nitilghu fuq. Jien ukoll kont dizappuntat li ma stajniex nitilghu. Nimmagina biss nista x’veduta kien hemm.

Iz-zghira sadanittant kienet intefghet bilqieghda fuq tapit li kien hemm ma l-art. Hekk kif iccaqilqet biex tpoggi dahra mal-hajt, it-tapit iccaqlaq ftit, u minn tahtu tfacca ghatu tal-injam. Rita taret ghal fuq it-tapit u flimkien ma Anna kaxkru t-tapit li kien tqil gmielu ghal mal-genb.

Ghall-kuntrajru tal-kancell, l-ghatu kien minghajr katnazz! Harisna lejn xulxin u qisna bla ma qadna nahsbuha, dahhalna idejna mal gnub ta l-ghatu u ghollejna. Minnufih harget riha ta arja friska u maghluqa. Il-bokka tfaccat kbira u mudlama. Sellum imwahhal mal-hajt kien l-uniku mezz ghal-isfel….

5.Kantina mirduma

‘Ejjew ninzlu naraw x’hemm’ qabzet Rita. Halli ghalija biex tizzattat…. 

‘Iva mama’, lissnet Anna , li soltu kienet tibza mid-dlam.

Hrigt nghaggel sal-vann u gibt il-lampa tal-gass li kellna fil-kaxxa tal ‘picnic’. Kif xghelta il-bokka hadet ir-ruh, u l-blat umduz li kien maqtugh minnha l-passagg beda jiddi u jirrifletti d-dawl tal-lampa. Mohhi beda jigri , jipprova jaghti raguni ghal dak il-passag. Tghid kienet hemm biex tipprotegi lill-haddiema waqt il-gwerra? 

Minghajr hafna hsieb iktar , bdejt niezel is-sellum li jaghti l-isfel. Ma kienx xi sellum twil , imma stajt nara li l-passag kompla niezel l-isfel qabel jerga jiftah iktar fil-wisgha. Sakemm kont meghdi fi hsibijieti indunajt li lehaq nizel kullhadd. Harist lejn il-familja tieghi bi tbissima. Din tassew kienet avventura mhux mistennijja. 

‘X’naghmlu?’ staqsejthom…’inkomplu mezjin jew?’

Harsu lejjha bhalli kieku kont bahnan. Mur waqqafhom. 

Imxejna l-gewwa. Il-passagg kien forsi twil xi sittin, sebghin pied. Kien gholi bizzejjed li jippermettilna nimxu minghajr ma nitghawwgu, ghalkemm kien dejjaq u stajna nimxu biss f’fil wiehed. 

It-tmiem tal-passag kien maqtugh b’targa zghira baxxa, li wasslitna f’kamra mdaqqsa imnaqqxa min gol-blat haj. Kif kont bsart, kien tip ta ‘shelter’ ghal zminijet ta gwerra. Minhabba li fanal kien dejjem jitfa’ d-dawl tieghu il-boghod hafna, setgha kien ta ghajb ghall-ghadu. B’hekk kien ikun ta mira spiss mill-ajruplani Germanizi u specjalment dawk Taljani waqt it-Tieni gwerra dinjijja. Li qatt ma ggarraf hu misteru ghalijja.

Harisna dawra mal-kamra , ima ma mpressjonana xejn. Kienet kamra semplici b’mejda goffa u nofs tuzzana siggijiet maghmulin miz-zkuk tas-sigar. Kien hemm xkaffa li kella diversi tipi ta ghodda ta l-ikel u manutenzjoni. Ma l-art kien hemm qisu senduq, li apparti li kien mimli lampi, nahseb kien iservi wkoll ta bank. Kien hemm xi drappijiet mal-hajt li kienu jservu ta l-uniku dekor. Kamra kbira maqtugha fil-blat. Wara l-eccitament inizjali, hrigna naqra dizappuntati. Ma stennejniex li ‘l-avventura’ taghna kellha tispicca daqshek malajr.

Pero’ l-avventura ma kenitx spiccat hemm….ghaliex pront nisimghu l-ilhna ta zewgt irgiel jargumentaw bejniethom min-naha tas-sellum.

‘Dan kif hallejt l-ghatu miftuh?’ , wiehed kien qed jaghajjat ma siehbu.
‘U hallina minnek’, irrispondieh, ‘ma tarax li hallejt l-ghatu miftuh? Jien xejn ma ninsa. Kontx fis-sakra u hallejtu int?’

‘L-ahhar konsenja mhux jien gbarta orrajt? Zgur ma stajtx hallejtu jien miftuh.’ qallu b’sahna l-iehor.

Ta bhahan li ahna lanqas biss ftahna halqna, minhabba li hsibna li kienu mid-dipartiment tat-Turisti. Hekk kien jonqosna, naqilghu xi multa talli dhalna fejn mhux suppost.

Qalbi ghal ftit ma waqfitx meta smajna hoss kbir qishu spluzjoni jidwi mal-kamra. Ghal mument ma stajtx nifhem x’kien, imma mbaghad indunajt li kien l-ghatu jinghalaq b’rabja. Smajna t-tapit jitkaxkar ghal fuq l-ghatu. Biex tghaxxqilna kollox smajnihom imexxu l-gwardarobba ghal fuq it-tapit! 

Lanqas biss dahalli f’mohhi dak il-hin biex nghajjat! Veru konna nigu fl-inkwiet, imma ma konniex ninqabdu hemm isfel.

Grejna mil-kamra tas-shelter ghal go kuridur u ghal taht is-sellum, imma kull ma stajt nisma kienet il hoss ta karozza ssuq b’heffa.U hekk gara li spiccajna wahedna go kantina taht l-art, bl-uniku dawl ikun gej minn lampa tal-gas tnemnem! 

Wicc it-tfal kien bjad bil-biza, u tal-mara kien wiehed ta qatgha. Iz-zghira kienet ser taqbad tibki, imma mill-ewwel ghidtilhom li fis-sajf il-Fanal ikun miftugh ghat-turisti, u zgur li kien jitfacca xi hadd. Sfortunatament kull ma kellna maghna kienu l-basktijiet tat-tfal u flixkun ilma kbir. Imnalla l-mara kienet tiehu hsieb titfaghlom bicca hobz ghal meta’ jifjakkaw.

Li kont qed ninkwieta kien il-fatt li ma kontx naf jekk hux ser ikun hemm xi turisti li jzuru l-Fanal dakinhar. Allura ddecidejt li nintefa’ taht l-ghatu, biswit is-sellum. It-tfal kaxkru wiehed mis-siggijiet tqal biex ikolli fejn nistrieh.

Wara xi erba’ sieghat li ma tfacca hadd, bdejna ninkwetaw mhux hazin. It-tama li jigi xi hadd dakinhar bdiet tispicca. Sadanittant it-tfal bdew jaghmlu loghba mis-sitwazzjoni li konna fiha, u Anna marret biex tistahba lill-ohta wara wahda mid-drappijiet imdendla mal-hajt.

‘Ara papa!’, giet tghajjat hdejja. Kella lehina irqieq u hasditni ghax kont qed noghnos fuq is-siggu….’Ejjew araw x’sibt wara l-purtiera!’

Qomt nigri u mort warajha. Wara l-purtiera tan-nofs kien hemm bieb. Kien maghmul mill0injam tal-abjad, u mill-ewwel indunajt li ma kienx ilu wisq li sar. L-injam fl-gheluq mill-ewwel jibda jiswied, imma dan kien qisu ghadu kemm jinqata’. Kellu zewg cappetti kbar fuq ix-xellug u katnazz fuq in-naha l-ohra.

Qtajniha li la konna hemm isfel, stajna naraw sa fejn iwassal. ‘Kif ser nifthuh papa’?’, qaltli Anna.

Ma dan il kliem mort sa fejn kien hemm li xkafef bl-ghodda, ghazilt erba’ turnaviti sodi u ergajt mort hdejn il-bieb.

‘Tuni naqra spazju ha nkun nista nara…’ ghidtilhom.

Lina zammet it-tfal hdejha u zammet il-lampa tal-gass fl-gholi biex inkun nista nezamina l-bieb sewwa. Il-katnazz ma kienx possibli li jinqata ghaz kien wiejed mill moderni nett, imma min ghamel il-bieb qatt ma basar li ser ikun hemm xi hadd lest jaghmel minn kollox. Il-viti li kienu jorbtu c-cappetti mal-hajt kienu mikxufin. Harist wahda lejhom, ghazilt turnavit imdaqqas, u bdejt indawwar. Fi ftit minuti kont hallejthom u l-bieb kwazi waqgha minhabba li issa kien imdendel biss mil-katnazz. B’rabja tajtu daqqa ta sieq, u issa kien infetah kollu. Skantajna mhux ftit meta mas-saqaf kienu jidhru sensiela ta bozoz. ‘Switch’ abjad kien imwahhal fuq bicca njama mal-hajt. Lina harset lejja qisa trid tghidli ‘min jaf jekk jixeghlux.’

Zammejt in-nifs hekk kif ghafast il-buttuna tas-‘switch’. Il-bozoz xeghlu, dijja qawwija li dawwlet mina dejqa niezla l-isfel. Tfjejna l-lampa tal-gass li kellna u bdejna mexjin. Nahseb ghamilna xi siegha mexjin, u kwazi konna qtajna qalbna li ser naslu x’imkien.

It-tfal kienu diga qed jitolbuni biex induru lura, imma fakkarthom li issa telgha kellna nitilghu, u li ma kelli l-ebda hsieb li nerfaghhom jekk jghejjew. Gergru ftit imma raw li kelli ragun. Komplejna nezlin, u hekk kif hassejna moviment ta arja hadna r-ruh. Ghall-ewwel hsibna li konna ser insibu ruhna barra, imma ma kienx hekk. 

Bqajna b’halqna miftuh hekk kif insibu li konna hrigna go ghar kbir. Kien verament sabih, bi stalaktiti kbar nezlin mis-saqaf, ileqqu bl-umdita. Il-kuluri tal-hajt setgha jaghti x’jifhem li dan l-ghar kien ilu jezisti eluf kbar ta snin.

Li kien hemm stramb go l-ghar pero’ kienu il-hafna kaxxi ta l-injam li kienu jiehdu bicca mhux hazin mill-art. Ir-riha li kien hemm fl-ghar kienet wahda kwazi oppressiva. Hsibt li kienet ir-riha ta gheluq u l-hmieg li jhallu warajhom il friefet il-lejl, imma l-art kienet nadifa.

F’daqqa wahda nisimghu ghajta, u tghidx kif qbizna u kolla kemm ahna grejna lejn il-passagg u gbidna l-gradilja warajna. Qaghdna nistennew biex naraw kienx hemm xi haga gol-ghar, imma wara li ma tfacca xejn hadna naqra r-ruh. Ghamilt il-kuragg u hrigt nara x’kien ghamel dak li storbju.

It-tfal wara l-hasdu li kien hadu, hargu wkoll u kienet Anna li ghajtitli ghal hdejha. Go gagga kbira wara wahda mill-kaxxi kien hemm ghasfur kbir abjad.

‘Ara papa’! Hawn kokka go gagga.’, qaltli eccitata.

‘Dak mhux kokka…..dak ghasfur rari…Barbagann jghidulu dak.’, irrispondejtha. ‘Imma x’qed taghmel imsakkra hawn gew?’

Mill-ewwel dahalli hsieb f’mohhi u bdejt indur mal-kaxxi u niftaghhom. B’dizappunt insib li kienu mimlijin b’ghasafar rari u tjur tal-priza. F’wahda minnhom kien hemm kuccarda kbira li l-harsa li tatni gabitli hniena minnha.

‘Ghalfejn qeghdin hawn papa’?’, staqsietni z-zghira.

‘Ikolli nghid li dawn huma maqbudin hawn gew biex juzawhom bhala kuntrabandu. Kemm hawn min hu bla qalb hux?’

‘Ejja nifthulhom il-gageg.’, regghet qaltli Rita.

Wissejtha li ahjar ma mmissu xejn ma jmorrux jigu lura dawk l-irgiel li konna smajna filghodu hdejn is-sellum.

1 thought on “Il-mini ta Kemmuna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s