Wenzu jispicca mkeffen!

Kien l-eqqel tax-xitwa, u Wenzu, Gakbu s-sakristan u Gamri kienu naturalment qeghdin jishnu permezz ta naqra duwwa kif kien jaf jaghmel biss Kurun. F’dak iz-zmien bikri tas-seklu ghoxrin, ftit kien hawn postijiet ta divertiment, allura l-irgiel ta l-irhula kienu jiltaqghu ghand ta l-inbid…li nzertat ukoll l-unika xarba li kellhom , barra l-ilma. Sfortunatament kullhadd jaf li l-inbid fi kwantitajiet generuzi, mhux tajjeb wisq ghas-sahha tal-bniedem. Nigu lura ghar-rakkont taghna. Sakhemm il-hbieb taghna lehqu hargu mill-hanut, mhux talli kien dalam sew, izda kien kesah gmielu. Id-diskursata li bdew jippruvaw ikomplu kienet bla sens ghax kienu legilgu dik il-pinta zejda li tilfitilhom sensijhom.

Id-dahk taghhom beda jfaqqa’ fli-sqaqien ta hal-Muxa, u mhux mara jew tnejn hargu jsikktuhom minn go darhom.

L-ewwel ghaddew sal-knisja biex iwasslu lil-Gakbu. Is-sagristan ftit kien fadallu hin x’jistrieh billi kellu jdoqq ghal ta l-erbgha w-nofs. Zerzaq idejh ghal gol-but tal-qalziet, izda bix-xengil li kellu fuqu, waqghalu l-muftieh minn idejh u ghadda bejn il-hadid ta l-ispral tal-knisja.

‘Issa sew’ gemgem wahdu ‘Il-muftieh ta l-ghorfa qieghed gos-sakristija. Illejla barra ha norqod.’

Wenzu nduna li Gakbu kien dahal fid-dinja ta l-imlahalhin, u minhabba li lanqas hu ma kien fl-ahjar kundizjoni, iddecieda li ahjar ma jmurx id-dar. Il-korla ta Rozi kienet wisq ghalih. Gamri ftit kien fadallu qabel jintefa’ gozz huwa wkoll, allura ddecidew li ahjar li kieku kienu jmorru jistriehu fic-cimiterju tar-rahal. Gakbu inzerta li kien ghad kellu l-muftieh tal-kappella fil-but minhabba li kien ghadu kemm miet Gilormu tal-Kafkaf, negozjant ghani li minhabba l-generozita’ tieghu, kien mahbub sew f’Hal-Muxa.

Bis-sewwa jew bid-dnewwa waslu sac-cimiterju, u din id-darba kien Wenzu li bi ftit tbatija dahhal il-muftieh u fetah. F’dak il-hin, kull hoss kien qisu terremot, u meta Gakbu zzerzaq lejn vazun u xehtu ma l-art bil-fjuri b’kollox tghidx kif qabzu.

‘Ahwa x’qata’ tajtni Gakbu..’ qallu Wenzu, ghajnejh homor nar.

‘U iva’ qallu dak ‘ma hsibtnix tal-Kafkaf hux? Issa daqshekk gera warajna biex ma naqtghux bajtar mill-ghalqa tieghu. Alla jahfirlu imma, ghax dejjem kien generuz maghna.’

Hawn pront it-tlieta li huma raddew is-salib s’sinjal ta rispett, qalu talba ckejkna, u daru ftit biex jaraw fejn ser jistriehu. Gakbu, bhala sakristan, kien midhla sew tal-post, u mill-ewwel dahal fl-ufficju u ntasab fuq sufan qadim. Gamri bhalu ghamel, u ma damx wisq biex jintelaq helu helu fuq il-pultruna ta faccata s-sufan.

Il-povru Wenzu ma kellux fejn joqghod, u ntasab fuq bank ta l-injam tal-kappella. L-inhir min-naha tas-sakristija xejn ma nizillu tajjeb lill Wenzu. Sewwa. Dawk it-tnejn fuq is-sufani, u jiena fuq bank iebes.

Fil hin u l-waqt gietu ideja f’mohhu. Gilormu kien qieghed fuq irhama, imma tahtu kellu gverta hoxna.

‘U nghid jien, mejjet x’ghandu bzonn ta gverta?’ qal bejnu w’bejn ruhu.

Nizel mil-bank, resaq lejn Gilormu u waqt li skuza ruhu ma Gilormu, qabad il kadavru u refghu ghal wara l-artal maggur. Qallu talba zghira ta ringrazzjament, qabez ghal fuq l-irhama, gholla bicca mill-gverta u dahal tahta bil-hwejjeg b’kollox.

Bhal ma kien jaghmel is-soltu meta jkun id-dar, Wenzu ghatta rasu wkoll, biex izomm is-shana gewwa. U raqad raqda ta veru.

Mas-sebh qam Gakbu l-ewwel. Mar icaqlaq lill Gamri li dam ftit biex stejqer. Marru jfittxu lil Wenzu fil-kappella, imma ma sabuhx rieqed fuq il-bank.

‘Diga qam u telaq!’ qallu Gakbu lil Gamri

‘U zgur li jitlaq’ irrispndieh Gamri. ‘U dak hemm Rozi u hatar sod qed jistennewh id-dar.’

Bejn li kienu ghadhom nofshom reqdin, u bejn li kien ghadu dlam, lanqas indunaw li ta fuq l-irhama kien tkebbeb wahda sew matul il-lejl.

Hargu l-barra u Gakbu sakkar warajh. Sadanittant Wenzu kien fl-isbah raqda, u sakhemm ma kienx jisma l-qniepen tal-knisja, ma kienx iqum. Il-knisja, bhal ma kien normali f’dak iz-zmien, kienet tkun l-arlogg tal poplu rahli. Mat-tokki taghha jqumu, u mat-tokki taghha jerghu mix-xoghol.

Billi c-cimiterju kien naqra l-boghod, Wenzu ma setghax jisma l-qniepen idoqqu. Allura rieqd kien, u rieqed baqa’.

Xejn ma nghidu, tistghu timmaginaw kif Rozi ghaddiet lejl titmashan waheda, hekk kif dak il gurdien xih ta Wenzu ma marx lura d-dar wara l-mawra tieghu ghand Kurun.

‘Huwa nqieghdu jien. Ha nara jkunx ghal quddiesa ta l-ewwel, halli nara fejn ghadda l-lejl!’

Imma Wenzu ma kienx ghal quddiesa ta l-ewwel. Staqsiet lil Gakbu, li qalila li Wenzu veru kien maghhom, imma telaq lura d-dar ferm qabilhom. Ma qaliliex li kienu raqdu c-cimiterju huma. Hawnhekk bdiet tinkwieta xi ftit Rozi. Fejn tintilef ma kienx hemm wisq fir-rahal zghir taghhom.

‘Nispera li ma hassux hazin hdejn xi ghalqa jew hdejn il-gibjun.’ bdiet tghid, hi u zzebbeg il-kuruna tar-ruzarju, li kienet iggorru maghha kullimkien.

‘U le,’ qabez Gamri ‘Ma tarax. Lanqas biss ersaqna l-hemm!’

‘Rozi, tinsieh li ghandna l-quddiesa ta Gilormu fis-sebgha. Il-kappillan ma jixtieqx li jhallieh hafna minghajr is-sagrament.’ qal is-sakristan

Rozi , ghalkemm imdahhla sew fl-eta’ , ma kenitx tinsa wisq, u fakkret lil Gakbu li mhux talli kienet ser tkun hemm, izda kienet ser ittella l-offerti.

Il-hin ghadda u Wenzu baqa’ ma nstabx. Kienu s-sebgha neqsin kwart xhin waslet Zolli ghand Rozi. Kienu ser jattendu l-quddiesa ta Gilormu flimkien, u meta rat li Wenzu mhux maghhom bdiet tredden kemm kien ghazzien u ma hu tajjeb ghal xejn.

Tefghu fuqhom l-ghonnella sewda u rhewla lejn ic-cimiterju. Il-kappella kienet diga mimlija sew meta z-zewgt ixjuh poggew fuq il-bank riservat ghalihom. Kullhadd beda jhares bi dwejjaq lejn dak li hasbu kien il-kadavru ta Gilormu taht il-lizar abjad. Dahal Gakbu, resaq lejn il-kampnar zghir li kella l-kappella u gibed gibda liema bhala fuq il-qanpiena maggura, biex idoqq in-nota singolari li tindika li ser tibda quddiesa ta funeral.

Dak kien jonqos biex titghaqqad il-froga. Hekk kif kien rieqed Wenzu u sema’ l-qanpiena ddoqq, qam bilqieghda jigri, u pprova jinhall, peress li minghalieh kienet ser tibda l-quddiesa ta l-ewwel.

Kif in-nies tar-rahal raw dik id-dehra tal-wahx quddiemhom ghajtu wahda b’lehen wiehed u grew il-barra qishom fniek li kellhom kelb imkeskes ghal fuqhom.

Bl-ghajjat mahnuq tan-nies, Wenzu wkoll haseb li qam Gilormu ghalih u gera girja warajhom, bil-lizar imkebbeb mieghu! Kienet Zolli li ndunat l-ewwel b’dak li kien gara. Dahlet lura l-knisja, qabdet li-stanga minn mal-bieba u lill povru Wenzu tghatu daqtejn injama kif tmiss il-ligi.

Wenzu ghamel gimghatejn b’gundalla mdaqqsa fuq mohhu, u halef li ma jergax jipprova jaghmila tas-samaritan it-tajjeb. Jekk shabu jiskru, jaraw kif imorru d-dar wahedhom!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s