Kurun jaghlaq il-hanut.

Ghall-persuna bhal Wenzu, l-ahbar li bdiet tigri mar-rahal xejn ma kienet sabiha. Missier Kurun, fl-eta’ venerabbli ta disghin sena’, beda jbatti, u bhal ma jigri lil-kullhad, kien wasal biex jaghlaqlu c-cens f’din id-dinja.

Ghalhekk Kurun kien ser ikollu jsiefer malajr kemm jista jkun biex jaghti l-ahhar tislima lill-missieru. Dan kien ifisser li l-hanut fejn kienu jingabru il-hbieb taghna kien ser ikun maghluq ghal xi tlett gimghat shah.

Wenzu hass rasu ddur bhal zugraga meta Kurun innifsu qalilhom li l-ahbar kienet minna.

“Issa ahjar siehbi…u min ser jiehu hsiebna lilna?”, qallu lejl minnhom waqt li kien qed inizzel dik il-pinta regolari tieghu. “Kif ser jirnexxilna nghaddu dak iz-zmien kollu minghajr din id-duwwa?”

‘Shabi, ghandi habib tieghi fir-rahal ta hdejna, dak zgur li jaqdikhom mill-ahjar li jista.”

Imma ghal Wenzu, Gakbu u l-bella kumpannija ma tantx nizlitilhom wisq tajba. Kurun kien igib l-inbid minn-Tunez, pajjizu, u dan kien maghruf sew man-naha ta’ isfel ta Malta kollhu ghat-tjubija tieghu. Barra min hekk, bi ftit soldi kont timla zaqqek sew minn bettija tajba.

‘Nista nghidlek x’naghmlu Kurun.” qal Wenzu, hekk kif mohhu beda jberren kif jistghu jsolvu din il-problema. “Nehodlok hsieba jiena c-cavetta tal-kantina. Esperjenza fin-negozju ghandi naqra mhux hazin jien.”

Kurun kien jaf li qabel irtira, Wenzu kien mastrudaxxa, u wiehed kapaci wkoll. L-ideja li l-hanut tieghu jibqa jrendi l-flus ghogbitu mhux hazin. Ftiehem ma Wenzu, izda avzah ukoll li kien ser ikejjel il-btieti kollha qabel jitlaq. Ghalkemm Kurun kien ghaqqdhom sew, ma riedx li jitlef dik ix-xi haga zejda.

Allura l-ghada, qabel ma fetah il-hanut ghan-nies, Kurun nizel flimkien ma Wenzu biex ikejlu kemm kien hemm inbid fil-btieti miftuhin. Ftit setgha jimmagina dak il-hin li Gamri u Gakbu kienu diga qed jippjanaw kif ser jaghtu qatgha lil-Wenzu.

Kurun qabad il-vapur kmieni t-Tlieta filghodu, u wara l-quddiesa ta l-ewwel, Wenzu kien diga beda jithajjar imur jaghmila tan-negozjant, imma Rozi wissietu li l-ewwel il-pappa , imbaghad l-impappa! Minghajr ma jaqla l-ftit soldi ta kuljum, hobz niexef u gobon xott kien hemm ghalihom.

Kollox mar harir matul l-ewwel hmistax tas-safar ta Kurun, li bhala paga, kien qed ihallas lil-Wenzu b’zewgt ifliexken inbid prim kuljum. Nista nghidilkom li Rozi qatt ma kienet tiftakru gej daqshekk imxengel lill-Wenzu. Ta’ spiss kien jasal id-dar b’xi brungiela fuq mohhu minn xi daqqa ta stanga, meta kien jipprova jidhol f’xi dar ohra. In-nies tar-rahal kienu drawh lil-Wenzu, u Rozi kienet ittihom parir li jekk hemm bzonn, iwahhluhilu.

Mela jumejn qabel kellu jigi lura Kurun, iddeffes Brejbes. Gakbu kien akkwista xkora melh minghand negozjant, u gab ponn mieghu fis-sidrija li kien jilbes ta’ kuljum. Ftiehem ma Gamri biex lil-Wenzu jigbidlu l-attenzjoni, halli jkun jista jhallatulu mal-flixkun inbid li kien qed jixrob.

Gamri pront qabadielu fuq l-injam, u Wenzu ma ried lill-hadd jghidlu fuq is-sena tieghu. Beda jhaqqaq mal-gabillot, u bla ma nduna, Gakbu waddab il-ponn melh go flixkun kbir, ferra’ l-inbid ta Wenzu mieghu, halltu sew, u rega tefa’ t-tahlita gol-flixkun. M’hemmx xi nghidu, ponn melh imhallat ma flixkun inbid isakkar lill-aktar bahri kapaci, u xi saghtejn wara Wenzu kien siker u qed jonhor fuq l-ixkejjer tal-gwiez.

Gakbu taptaplu tnejn fuq haddejh.

“Telaqna Gamri, ghajnejh homor daqs tat-tonn” qallu dak, “ejja ha nbattlulu l-bettija.”

Nizlu fil-kantina friska, qabdu fliskatur, u bdew jghaddu l-inbid mil bettija ghal-ohra li kienet f’kantuniera. F’xi nofs-siegha lestew, gabru kollox, u telghu fuq, fejn Wenzu kien qed jisserra. Qabduh minn taht aptu, u tkaxkru bih ghal ghand Rozi. Habbtulha l-bieb u tefugh kobba ma l-art fuq l-ghatba.

Kif fethet il-bieb u ratu hekk iktar inkurlat, imma fl-ahhar mill-ahhar kien zewga. Kaxkritu ghal gewwa fejn stejqer dik in-naqra biex jintlewa’ ghal fuq is-sodda bil-hwejjeg b’kollox. Minhabba li kien jigbor il-flus kuljum, hekk kif qam mis-sakra tieghu, Wenzu petpet il-but biex jara kienx kollox sew. Ha r-ruh meta sema l-hoss tas-soldi fil-but. Ovvjament, Rozi ghamlitlu panigierku iehor, imma fortunatament ghalih kien sar il-hin biex imorru ghal ta l-ewwel.

Hekk kif nizel il-hanut ta Kurun wara nofsinhar, nizel fil-kantina biex jara li kollox kien ghadu sew. Izda hekk kif kejjel il-bettija u saba vojta, imsarnu nizlu f’saqajh. Sakhemm kien jiftakar hu qabel sensieh harbulu, kienet iktar min-nofsa mimlija. Vera li shabu kienu sponoz bhalu, imma biex tnizzel nofs bettija nbid mhux facli.

Hareg il-flus mis-sidrija biex jara kemm kellu, imma s-somma ma kenitx tkopri dak l-ammont kollhu ta nbid. Beda jahseb biex jara kif kien ser jaghmel biex ifihem lil-Kurun, li fuq-kollox kien afdah daqs l-akbar ragel. Dak il-lejl Wenzu l-inbid ma bediex jinzillu helu daqs is-soltu, u Gakbu mill-ewwel induna li belahha l-lixka.

“Jaqaw Wenz? Qed jaghmillek id-deni l-inbid?” staqsieh dak il-makakk.

Wenzu bhallikieku ha ghalih u rrispondieh li kellu hruq ta’ stonku kbir.

Imma kemm Gamri kif ukoll Gakbu dahqu wahda sew bih dak il-lejl.

L-ghada s-sagristan kellu jigbor lill-Kurun bil-karettun antik tieghu, u huma w’telghin lura lejn Hal-Muxa, qallu b’dak li ghamlu lil-Wenzu. Dak hekk kellu bzonn biex itaffi ftit mit-telfa ta missieru.

Kif waslu fil-hanut , Kurun mar dritt fuq Wenzu u saqsieh kif kien mar in-negozju. Wenzu, bi tbissima mcarrta fuq wiccu, qallu li kollox kien mexa harir. Hadu isfel biex jara li kollox kien kif suppost, u Gakbu w Gamri skantaw mhux ftit meta l-bettijja regghu rawha nofsha mimlija. Hakkew naqra rashom mhuz hazin. Indunaw li Wenzu kien rega sab mod kif jerga jimliha bl-inbid.

Li gara kien li Wenzu meta nizel l-ghada nduna li fuq naha wahda tal-kantina kien hemm xebgha pali tas-saqajn ma l-art mimlija trab, u nduna li wahda minnhom ma kenitx hlief ta Gakbu, li kien maghruf ghas-saqajn kbar li kellu. Irrejalizza li shabu kienu ghamlulu wahda min taghhom. Ghamel lejl shih gej u sejjer bil fliskatur, imma fl-ahhar kien irnexxielu jghaddi kollox lura.

Kurun induna li Wenzu kien makakk wisq ghal Gamri w Gakbu, u dak il-lejl tah zewgt ifliexken inbid Tunezin zejda mal-paga tieghu.

U filghaxija kella tiftahlu Rozi l-bieb ta barra lil Wenzu ghax ma wasalx li juza c-cavetta biex jiftah il-bieb. Mhux ta b’xejn li l-ghada meta mar jigbor is-sagristan rah b’gundalla daqshiex lil habib taghna.

Tmiem

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s