Gurnata fuq il-bahar

Gurnata fuq il-bahar

Ilhaqt ftaht ghajnejja qabel ma daqq l-izveljarin. Bejni u bejn ruhhi bdejt nipprova nirraguna ghalfejn kont qomt daqshekk kmieni. Ghalkemm kien is-sajf, ma kien hemm l-ebda hjiel ta dawl barra t-tieqa. Bi tbissima zghira ftakart li kella tkun gurnata specjali ghalija u ghal binti Rachel.

Gimgha qabel kellna stedina minghand iz-ziju tieghi Kalcidon biex immorru mieghu, nistadu bil-qasba ghall-hut tal-fond. Kieku kien ghalija kont naccetta dak il-hin stess, izda ma kontx naf jekk il-mara tridx taghmel gurnata fuq luzzu f-nofs ta bahar. Il-fatti tawni ragun. Ma rieditx taf, u lanqas lit-tifla ma kienet ser thalli tigi.Wara hafna ziehil u weghdiet t-ubbidjenza eterna mit-tifla, taghta permess biex tigi mieghi fuq dik li kella tkun l-akbar avventura ghaliha.

Nehhejt il-lizar irqieq li kont mghotti bieh minhabba n-nemus u nzilt inkiss inkiss lejn il-kamra tat-tfal. Bdejt nispera li ma taghmilx hsejjes meta nqajjima. Bzajt li jekk tistenbah ohta z-zghira , konna nhassru kollox.

“Rachel….”, pespistila f-widneja, jien u ncaqlaqa. Stajt kont incaqlaq blata. Rieqda kienet…..u rieqda baqghet.

Erfajta u nizziltha isfel.Middejta fuq is-sufan u bdejt naghmel naqra kafe’ biex nigi f-sensija. Donnu qisu ir-riha friska tal-kafe qajmet lil Rachel mir-raqda li kienet fiha.

“Ma rridx immur skola Pa,” qaltli storduta .”Igri jasal is-sajf ha nibqa rieqda!”

“Rachel, fis-sajf qeghdin…u ma qajjimtekx ghall-iskola, imma biex imorru nistadu maz-ziju Kalcidon. Isa ha….ixrob din in-naqra kafe’ halli tqum sew!”

Ma kelliex ghalfejn tiehu il-kafe biex tqum. Bilkemm kont spiccajt il-kelma li ma qabzitx minn fuq is-sufan u dahlet tigri fil kamra tal-banju. Omma kienet lestitila il-malja ta l-ghum u l-hwejjeg fuq il-magna tal-hasil il-lejl ta qabel. F-nofs minuta kienet giet lura. Xaghara mgerfex hallietu…u l-flokk libsitu ta wara quddiem. Kollox kien jghadii ghal Rachel. Minkejja li kienet tifla bil-ghaqal, kienet imferfxa wisq. Kienet taghmel kollox bl-ghaggla, haga li gieli dahhlita f-xi praspura. Kif ratni nhares lejha bi tbissima harset l-isfel u ndunat li kella xi haga mhux f’posta. Infqajna nidhku it-tnejn l-ahna…

“U iva papa’…..ma tantx ser indum bieh il-flokk. Fuq il-luzzu innehhieh u noqghod zaqqi barra bhaz-ziju Kalc!”

“Kont ser nghidlek x-taghmel!”, irrispondejta jien. “ Ma tafx kemm hi qawwija x-xemx taghna? Qabel kollox irrid nidilkek kontra r-raggi qawwija. U jekk ma tobdinix, hawn inhallik.”

“Le papa’, nisma minnek zgur…biex niccajta ghidtlek hekk.”

“Kollox sew. Basta biex ticcajta. Isma jekk lesta nahslu l-kikkri u mmorru bil-mod. Iz-ziju zgur qieghed jipprepara kollox biex isalpa.”, ghidtila

Rachel haslet iz-zewg kikkri u gbarna il-basket li kienet lestiet il-mara. “Uff kemmu tqil. Dan fih xebgha ikel. Hasbet li ser indumu gimgha il-mama’.”

Il-basket kien tassew tqil. Kellna fih pero’ l-iktar haga prezzjuza ghall kwalunkwe vjagg…..erba fliexken ilma mimlijin sax-xfar, iffrizati biex jibqghu keshin. Kont hrigtom mill friza qabel xeghelt il-kittla. Hrigna mid-dar, sakkarna warajna u mxejna lejn il-garaxx. Wara li dorna dawra mal-karozza biex naraw li kollox kien sew, dhalna u soqna bil-galbu lejn Marsaxlokk. F’dawk is-sieghat hekk bikrin ta filghodu stajt insuq kif ridt ghax ma rajniex vettura ohra fir-triq, imma l-prudenza fis-sewqan kienet xi haga li jien kont nosserva dejjem. Kif kont bsart, iz-ziju mhux talli kien ipprepara kollox, izda kien kwazi ser jitlaq minghajrna. Rachel ovvjament ma hallitux bi kwietu meta semghatu jghidli li hasibna mhux gejjin. Fi ftit minuti irhejna il-habel minn mal-moll u bdejna hergin mill-port zghir tal-villag. It-tgergir baxx tal-magni kien l-uniku hoss jinstema’ f-dik il-hemda ta filghodu. Rachel qatt ma kienet rat il-port minn fuq il-bahar, u l-kosta ta Malta ghogbita sew. Bdiet tiehu ritratt wara l-iehor.

“Tahlihomx kolla tafx…”, wissija z-ziju, “xejn ma trid niehdu xi sorpriza!”.

It-tifla taghtu harsa kurjuza, u biex inkun onest, lanqas jien ma fhimt dak li kien qalilna. Dak il-hin gibidli l-attenzjoni l-ghajjat mahnuq tal-gawwi u nsejt insaqsi lil-Kalcidon x-ried jghid biha.

Bejn li qomna kmieni, u bejn li bdejna nsalpaw il-barra, Rachel bdiet tonghos u maljr dahlet f-raqda. Iddecidejt li nghattiha ftit. Is-sirda ta fuq il-bahar meta jkun ghadu kmieni ma kienet tajba ghal-hadd. Ghattejta bi gverta li taghni z-ziju u irhejt lejn il-kabina fejn Gamri, sajjied anzjan, kien qed ihejji kittla ghall-kafe’. Qatt ma rnexxieli niskopri kemm kellu zmien Gamri. Li naf biss hu li jiena minn dejjem xieh niftakru. U nisma lil-Missieri jghid li hu lill Gamri ma jiftakrux zghazugh imma ragel maghmul. Lestejna tlett kikkri jaharqu u tlajna bihom hdejn Kalc, li kien qed isuq il-luzzu. Ghaddiet l-isbah siegha nitkellmu fuq il-gmiel tal-bahar ta madwar Malta. Wara ftit hares lejja u wissieni biex f-xi nofs siegha nahseb biex inqajjem lit-tifla ghax konna vicin is-sorpriza. Dahaq bijja hekk kif ra dik il harsa fuq wicci.

“Imma tista tghidli x’sorpriza lestejtilha? Ma tistax tistenna sakemm tqum waheda? Rieqda qisa bumbardun!”

Ma dan il-kliem infexx jidhaq. “ Jien ma lestejtilha xejn. U le…..ma tistax tistenna.”

“Kollox sew…fuq kollox int il-kaptan u tidher li taf x-qieghed taghmel.”, irrispondejtu. Il-kliem dar fuq affarijiet ohra, lestejt il-kafe’ u nzilt inqajjem lil Rachel.

Konna bilkemm hrigna ghal-fuq il-poppa li ma qamx storbju minn Kalc u Gamri.

“Gew, gew….ejjew igru…gibu il-kaxxa tar-ritratti maghkom…..isa!”

Gbarna il-‘camera’ maghna u tlaqna nghagglu il quddiem….u rajna is-sorpriza li kien lestilna z-ziju Kalcidon. Kienet tassew xena li zgur se tibqa tidwi f’mohhi ghal dejjem. Kienu qatta dniefel li kienu ghazlu li jakkumpjawna matul parti mill-vjagg taghna. Gamri baxxa il-velocita tal-magni biex jiena u Rachel inkunu nistghu ninzlu baxxi ma l-ilma u mmelsu dawn il-krejaturi hekk sbieh u mansi.

“Papa, il gilda taghhom proprja qisa bajda mghollija meta tqaxxara.”

Ma stajtx nimmagina kif irrejalizzat it-tifla, imma kella ragun. Kienet l-ahjar deskrizzjoni li setghet taghti. Ghal darb’ohra mmeraviljat ruhhi bl-intelligenza nnocenti tat-tfal.

Is-sajjied gabilna barmil bil-hut imqatta go fieh, u waqt li xxabbat il-barra beda jzomm il-lixka lid-dniefel. Proprju bhal ma naraw f-xi cirku, bdew jaqbzu l-barra mill bahar u jiehdu l-ikel minn idu. Ovvjament it-tifla ma hallitniex bi kwietna sakemm ippruvat hi wkoll. Bdiet twerza bl-eccitament. Id-dniefel hasbu li kienet qed ticcajata maghhom u iktar bdew jaqbzu u joghlew. Hadtilha sensiela ta ritratti li kienu ser jaghmluha ferm kuntenta. Din zgur kienet esperjenza li ser nibqghu niftakru ghal-dejjem. Wara xi nofs siegha jiggwidawna, qabzu wahda ta l-ahhar u ghebu fid-dlam tal-bahar fond.

Nahseb ghamilt xi kwarta ma niflahx nitkellem bil-kommozzjoni li kelli fuqhi. Wara li rkuprajt, staqsejt liz-ziju Kalc kif kien jaf li ser naraw dawn id-dniefel.

“Dejjem jghmlulna vizta meta jaraw luzzu…donnhom jafu li ahna l-Maltin ma nistadhux ghalihom. Ahna s-sajjieda ghandna patt bejnietna biex nipproteguhom dawn il-krejaturi meraviljuzi. U min-naha taghhom nahseb li japrezzaw li nhalluhom ikattru fis-sliem. Bdejt nitlob li ma jigux kmieni u tkun ghada rieqda it-tifla. Xi haga bhal din iggieghla tkun iktar konxja mil-hlejjaq t-Alla.”

Xi siegha wara tfajna l-ankri f-bahar fond u bdejna nistaghdu bis-serjeta. Il-hut beda tiela gmielu, izda wara dik l-esperjenza eccitanti mad-dniefel, mohhi ma kienx hemm u kelli genn biex nergghu narawhom ahna u sejrin lura. M’ghandniex xi nghidu, Rachel bdiet timpika li l-iktar li taqbad hut kienet hi, izda iktar qabdet is-sunnara max-xbiek tal-genb tal-luzzu. Sahansitra darba minnhom irnexxilha tqabbad is-sunnara mal-beritta ta Gamri, beritta li mil-kulur taghha zgur kienet gejja minn zmien Adam. Taret minn fuq rasu u baqghet tghum f’wicc l-ilma. Wara hafna tgergir mix-xih, kelli ninzel ghaliha fl-ilma jien. F’dan il-fond il-bahar kien ingazzat. Wara xi erba sieghat sajd iz-ziju iddecieda li ahjar nerhula l-gewwa biex nevitaw li naslu fid-dlam. Beda jahkimni l-eccitament ghal xi vizta ohra mid-dniefel, imma ma kellux ikun hekk. Id-dizappunt ittaffa xi ftit meta rajna zewgt ifrieken gganteski jghumu bil-mod il-gewwa. Qatt ma bsart li l-frieken jikbru dak il-kobor, u naturalment hadna ftit ritratti taghhom ukoll bhala rikordju.

Rachel , li kien ghad kella seba’ snin, raqdet ahna u sejrin lura, u stejqret biss meta wasalna lura d-dar. Ma damitx wisq biex tghid lill-omma bl-avventuri tal-gurnata. Kont ftehmt maz-ziju biex fil-futur qarib naghmlu sajda ohra……imma dik storja ghal-darba ohra.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s